ĠURDIEN F’KORDIN

Il-“Golden Lilies” fi ħdan is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju b’kollaborazzjoni ma’ Kavallieri Entertainment, se ttella’ kummiedja teatrali bl-isem ta’ “Ġurdien f’Kordin“, b’kitba u direzzjoni ta’ Aleandro Bartolo.

Il-ħabs ta’ Kordin. X’jiġri meta f’diviżjoni partikolari fis-sezzjoni tan-nisa tinqala’ emerġenza sanitarja? X’se jagħmel id-direttur Cascun? Jitfa’ lin-nisa f’diviżjoni oħra, le? Imma hemm problema waħda! In-nisa ma jistgħux jaraw lil xulxin pinġuti!

X’parir jagħtih il-handyman makakk tal-ħabs? Tgħid għandu xi raġuni għaliex qed jgħin lid-direttur? U kif tidħol sistema ġdida li daħħal fis-seħħ Cascun?

X’inhi s-sistema u għaliex kulħadd irid ikun parti minnha?

Titlifhiex!


Biljetti disponibbli:

66

Il-Ħadd, 8 ta’ Frar 2026 – 05:00PM
L-Iskola Primarja Mqabba

Biljetti disponibbli:

240

Bil-kollaborazzjoni ta’